analiżi 70
(L-Awturi, 1970, 106pp, qoxra: Mario Azzopardi)
 |
| Fenech nistħajlu siġra ewlenija f’deżert ħiemed fi kwadru ta’ Dalì. Ħierġa minn din l-identità li terda’ l-għixien minnha nfisha, u mill-manteniment fittizju tar-ramel mnejn tinbet, hemm żewġ friegħi: waħda mgħawwġa ’l fuq tixxennaq għall-kħula tas-smewwiet u tgħarrex għas-serħan; l-oħra tixxeblek lejn il-qiegħa u sserraħ magħha biex donnha tgħin lil Omm-Identità tibqa’ wieqfa waqt riefnu mqit. |
Albert Marshall “Il-Qawwa tal-Leħen fil-Poeżija l-Ġdida” l-orizzont, 12.5.1970
|
| Fi żmien Malta rurali kellna s-senswalità ta’ Dun Karm li jġibilna quddiem għajnejna s-sbuħija tal-mara fl-oqsma tar-raba’, xena trankwilla li minnha toħroġ sfiqa l-imħabba idealista-romantika... Fiż-żmien ta’ Malta fuq l-għatba tal-industrijalizzazzjoni, is-sesswalità ta’ Fenech toffri ruħha bħala “ambrożja” għad-dinja mekkanizzata, dik is-soċjetà li l-filosfu Marcuse jgħid li fiha “jiġu fgati l-potenzjalitajiet umani, li huwa dmir id-djalettika li tagħtihom il-ħelsien. |
Frans Sammut
“Kif Naħsibha dwar Analiżi ’70” Il-Ħajja, 23.5.1970
|
| VF provides the greatest surprise of the four. The shy and slightly pallid poet of Kwartett and Antenni has now found a new assertiveness, a nervous energy throbbing through his verse…Fenech’s refusal to accept dogma finds trenchant expression in the vibrant satirical verse of “Diskors tal-Mexxej ta’ Maltopja”, a poem which surprises the reader with its close in which the satirist’s mask is pulled off to reveal the sad, earnest face of the idealist. On the other hand, in “Din l-Art Ħelwa” Fenech unleashes all his anger. The verse and prose of this piece may lapse occasionally into triteness or roughness, but the saeva indignatio is there: the rhythmic changes and tonal discords reveal a rage struggling for coherence. When his emotions are under greater control, Fenech can write brief, highly polished pieces such as “Komunikazzjoni” in which every word is in exactly the right place, a tessera in a mosaic. |
Paul Xuereb “Questioning Quartet” Sunday Times of Malta, 28.6.1970
|
|
| << Lura |
|