id-dawl fit-tieqa
(Merlin Library, 2002, 24pp., illustratur: Trevor Żahra)
 |
X’kien id-dawl stramb bil-lejl fit-tieqa taċ-ċkejken Ronnie? Mnejn kien ġej il-kliem misterjuż li kultant kien iħoss itektek f’moħħu? U x’rabta kellu dan kollu mal-aħbar sensazzjonali li dehret fil-ġurnal Melita u li qajmet kontroversja sħiħa f’dawn il-gżejjer?
F’din l-istorja mhux tas-soltu niltaqgħu ma’ familja tipika Maltija u ma’ ħlejqa misterjuża li tidħol f’darhom fis-satra tal-lejl. Bla ma jafu, qed jinħmew għall-ġejjieni ġrajjiet kbar, imma – kif jgħidu l-ilħna f’moħħ Ronnie – għadu mhux il-waqt!
|
| Storja misterjuża…ġrajja ta’ tifel normali [li] jinħakem minn elementi extra-terrestri…valuri pożittivi u l-esperjenzi huma viċin it-tfal għax jittieħdu mid-dinja tagħhom b’lingwa li jlaħħqu magħha. |
Charles Briffa “VF: kittieb għat-tfal”,
Il-mument, 13.4.2002
|
|
| << Lura |