kotba - għaż-żagħżagħ

fid-dell tat-terremot

(Merlin Library, 2002, 32pp., illustratur: Joe Micallef)

Dizzjunarju taż-Żgħar
Hu veru li dak kollu li ngħaddu minnu fi tfulitna jibqa’ mwaħħal xi mkien fis-subkonxju tagħna? Hu minnu li anki sempliċi avventura jista’ jkollha eku aktar tard fil-ħajja tagħna? Hu minnu li ċerti esperjenzi jistgħu jwassluna fi trawma li lanqas biss nifhmuha? Tgħid hekk ġralha Isabelle?

Din hi storja psikoloġika li tittanta tikxef il-moħbi f’moħħ il-bniedem. Hija storja li tiftaħ f’direzzjoni mhux mistennija u li ddaħħal lil Isabelle fil-limitu tas-subkonxju, u tikkawżalha xokk emottiv u ħsara fiżika.
Maħsub għaż-żgħożija aħħarija b’suġġett surrealistiku…ġrajja ta’ tfajla [li] jkollha inċident li jdamdamha bħal terremot…Fenech iwassal ideat ġodda fin-narrattiva għat-tfal u ż-żgħażagħ bl-iskop li jġegħilhom jitħassbu b’għarfien immaġinattiv li joqgħod f’kuntest soċjali kontemporanju.
Charles Briffa
“VF: kittieb għat-tfal”,
Il-mument, 13.4.2002
Storja psikoloġika li anki titkellem dwar il-problemi attwali taż-żgħożija li mhumiex ftit…VF hu magħruf għall-kitba b’saħħitha, għall-użu tas-sarkażmu u ċ-ċiniżmu u għall-mod kif jikkomunika.
Sergio Grech
“VF b’kitba għat-tfal u ż-żgħażagħ”
In-Nazzjon, 25.11.2004
These books are meant to present everyday problems for a frank and open discussion among our students.
“Stories for mature discussion”,
EduForum n.4, (June 2005)
<< Lura