kotba - udjenza preadulta

Dizzjunarju taż-żgħar

(Kotba Merill, l-aħħar ħarġa 2004, 78pp., illustratur: Joe Mallia)

Dizzjunarju taż-ŻgħarDizzjunarju taż-Żgħar
Dan id-dizzjunarju, maħsub għat-tfal żgħar, kien deher għal-ewwel darba fi tliet ktejjeb fl-1982 (ristampati 1985, 1990). Din l-edizzjoni (riveduta 1997), tgħaqqad it-tliet taqsimiet fi ktieb wieħed, b’kull taqsima żżid it-toqol tal-kliem u gradata b'sistema ta' colour coding.

L-ewwel żewġ taqsimiet jiġbru fihom vokabularju ta’ madwar 300 kelma, b’kull kelma maqsuma f’sillabi u msieħba ma’ stampa bil-kulur. It-tielet taqsima tiġbor il-kliem kollu li jinsab fit-tnejn ta’ qabel u tużahom fi strutturi ħfief u f’sentenzi qosra.

L-aħħar tarġa f’dan il-proġett hu ktejjeb ta’ taħriġ biex it-tfal isaħħu l-vokabularju li jkunu tgħallmu u jibdew jużawh f’sitwazzjonijiet mill-ħajja madwarhom.
I would say this one is an indispensable buy for all parents with children in the early primary years. Reading should be fun. This is one book that can help it become so.
Ġorġ Mallia
"A first dictionary", The Sunday Times, 8.2.1998
<< Lura