do-re-mi
(Kotba Merill, l-aħħar ħarġa 2006, 48pp., illustratur: Joe Mallia)
 |
Dan il-ktieb jiġbor fih kant u logħob tat-tfal Maltin fi żminijiet imgħoddija. Ħareġ l-ewwel darba fi ktejjeb fl-1982 u ġie ristampat bosta drabi. Din hi edizzjoni ġdida b’aktar logħob u taqbiliet. Uħud minn dawn jafu l-bidu tagħhom lit-twemmin reliġjuż u oħrajn, bħat-tħannin tan-nieqa u l-logħob tat-tfulija, lid-drawwiet u l-ambjent partikolari tal-belt jew raħal fejn nibtu.
Il-ktieb hu mżewwaq bi tpinġijiet mill-isbaħ li jinterpretaw l-imgħoddi tal-ġens Malti. Tfassal bil-għan li t-tfal tal-lum isiru jafu xi ftit minn dan il-logħob u l-għana tal-antik u, bħal qrabathom qabilhom, isibu l-hena fit-taqbil, fil-logħob, u fl-għana ħelu tat-tfulija. |
|
|
| << Lura |
|