kotba - poeżija

Għeluq

(L-Awtur, 2005, 48pp, qoxra: pittura ta’ Ray Pitrè)
Edizzjoni ta’ 100 kopja, numerata u ffirmata mill-awtur. Rebbieħ tat-Tieni Premju għall-Poeżija, Premju Letterarju 2006. [Limited edition of 100 copies numbered and signed by the author. Second Prize winner for Poetry, National Book Awards 2006]

Altamira
Altamira

Fil-qalba tal-poeżija ta’ Fenech hemm l-istħarriġ tad-dubju, it-tferfir u d-domandi ta’ intellett aġitat quddiem dak kollu li qed iseħħ madwaru… Għeluq fiha firxa ta’ temi, stili u ġeneri li esperimenta bihom Fenech tul il-karriera tiegħu, u nisħaq fuq ‘esperimenta’ għax jidhirli li hu wieħed mill-ftit awturi tas-sittinijiet li baqgħu b’xi mod jesperimentaw sal-lum… U għal darb’oħra Għeluq tagħtina lil Fenech f’dak li nemmen hu l-forte tiegħu – il-kitba li tixtarr il-politiku u tikkummenta dwaru bla kantunieri.
Norbert Bugeja
“L-aħħar poeżiji ta' Victor Fenech”
Il-Ġens, 3.9.2005
F’dan il-ktieb il-poeta jiddokumenta l-kitbiet li kiteb mill-bidu tat-tielet millennju sa llum [u] permezz ta’ din il-ġabra qed jagħlaq il-kontribut tiegħu f’dik li hi poeżija... Għeluq tista’ tgħid li jerġa’ jaqbad dawk it-temi li issa drajna norbtuhom ma’ VF. Hemm il-protesta daqskemm hemm l-erotiżmu sabiħ u fl-istess ħin safi. Hemm l-ambjent u hemm il-poeproża. Hemm Fenech li anki jekk is-snin qed igerrbu, ma tilef xejn mill-ispontanjetà ta’ dari u l-ħolma (utopika?) li l-poeżija tista’ tkun feles biex tbiddel dak li hu morr jew żmerċ... is-suġġetti hawnhekk huma infiniti.
Sergio Grech
“Għeluq - ktieb ta' poeżiji ġodda”
In-Nazzjon, 8.9.2005
L-antoloġija li għadu kif ippubblika VF hi importanti għaliex terġa’ tmiss argumenti soċjali, bħall-fenomenu tal-kompjuterizzazzjoni, il-parodija politika fis-sens wiesa’ tal-kelma u, fuq kollox, il-massakru ekoloġiku u ambjentali f’Malta fil-bidu tal-millennju. L-ewwel ekoloġisti mondjali kienu l-poeti u Fenech jagħti xhieda tat-tkomplija tal-vokazzjoni... Hemm sferi oħra li jitolbu attenzjoni, fosthom l-inkwiżizzjoni reliġjuża [fejn] VF jirrappreżenta poetikament lil dawk l-emarġinati fl-ispirtu li, minkejja l-bruda ċinika taċ-ċirkostanzi, baqgħu jippruvaw iżommu fil-wiċċ “fl-għadira tad-dubji”... Dan ix-xogħol (“Srebrenica”) jippreżenta l-lat politiku tal-awtur li jrid jirreġistra l-kronaka kontemporanja... l-interpellanzi ta’ kittieb bħal VF jerġgħu jikkonfermaw il-validità tal-att letterarju, anki jekk il-pajjiż ma jemminx fih. Huma interpellanzi gravi u serji.
Mario Azzopardi
“Il-poeżija kontra t-trivjalità’”
il-mument, 18.9.2005
Fenech stresses his mood of farewell to his poetry and, perhaps, to the most active years of his life, in the verses he prints facing his foreword…The old VF of the Sixties, made indignant by environmental degradation, is resurrected in two strong pieces of poeproża, “Mhux iżjed dan il-pajjiż tiegħi” and “Xi mkien trid titwieled”, pieces that ought to be read at least once a day by our soulless developers and by the politicians who regard them as the saviours of this little group of islands… The strength of Fenech’s style (unlike, say, Achille Mizzi’s) lies not so much in his imagery, as in the vigour of his verse, in a directness sometimes close to that of everyday speech… Unlike a number of other writers in our time, Fenech has never sought the limelight [but] it might comfort him to know that… his prestige… will reach a new height with the publication of this delightful farewell volume.
Paul Xuereb
“A long farewell to poetry”
The Sunday Times, 23.10.2005
B’din il-pubblikazzjoni ċkejkna iżda tabilħaqq impenjattiva tiegħu, VF bħal donnu – ngħid hekk minkejja d-dikjarazzjoni mitbugħa fil-bidu – qiegħed iħabbar it-tluq tiegħu minn din id-dinja tal-poeżija u tal-poeti… Ironikament, meta tqis kliem Fenech fid-daħla u l-istess titlu li għoġbu jagħti lill-ktieb, Għeluq jagħtina ġabra ta’ poeżiji miktubin bejn l-2000 u l-2005 u li fihom wieħed isib mill-ewwel il-kontinwità teknika u tematika tal-poeta. VF tas-Snin Sittin evolva f’VF tas-Seklu 21 bl-aktar mod naturali u effettiv. L-impenn soċjali tiegħu kiber miegħu b’mod li baqa’ jkun rilevanti u attwali, maqtugħ għal kollox minn dawk li għalihom il-poeżija trid tkun espressjoni kulturali biss.
Charles Flores
“Għeluq li m’għandux tmiem”
l-orizzont, 7.12.2005
Min hu midħla tal-poeżija, u min jgħarbel sew il-kitba ta’ VF f’dan il-ktieb, malajr jinduna bl-irwiefen li jdawru l-poeta…fih nara l-aktar l-introspezzjoni li Fenech jagħmel il-ħin kollu … minkejja t-tixbihat, ma narax li l-poeżija ta’ Fenech trid xi sforz qawwi biex tifhimha u tasal biex tislet minn xiex tkun għaddejja l-lehma poetika tiegħu.
Alfred Degabriele
“Victor Fenech u l-poeżija tiegħu llum”
It-Torċa, 5.3.2006
Il-qarrej iħoss ritmi u armonija mill-isbaħ…Fenech iħaddem taħlita ta’ diskors informali u kwotidjan mal-lingwaġġ poetiku u liriku profond… B’saħħitha fil-versi ta’ Fenech hija t-tema soċjo-politiko-ambjentali. U hawnhekk l-istil u l-ilsien li juża Fenech huma diretti u bla kantunieri.
Patrick Sammut
“Żewġ Ġawhriet Poetiċi”
Leħen il-Malti, għadd 31 LXXVII, 2008
Studji f’kotba (ġenerali)

Oliver Friggieri: Kittieba ta’ Żmienna, A.C.Aquilina & Co., [1970], 2ni edizzjoni 1976, 187-188.

Francis Ebejer: “New Poetry from Malta”, Malta – The New Poetry, ed. Mario Azzopardi, klabb kotbamaltin, 1971, 9-13.

Oliver Friggieri: “Xejriet Ġodda fil-Poeżija Maltija”, Ir-Ruħ fil-Kelma, klabb kotba maltin, 1973, 91-99.

Peter Serracino-Inglott: Linji Ġodda, klabb kotba maltin, 1973, poeżiji nri. 2, 22, 23, 33, 55, 72, 80, 84.

Oliver Friggieri: “Sangraal”, Fl-Għarbiel, l-awtur, 1976, 28-33.

Peter Serracino-Inglott: “84 Poems from Malta”, Limestone 84, ed. Daniel Massa, 1978, 1-9.

Oliver Friggieri: “In Search of a National Identity – a Survey of Maltese Literature”, Crosswinds, Wilfion Books, Scotland, 1980, i-xxxiv.

Joseph M.Mangion: “Altamira ta’ Victor Fenech”, Il-Kitbiet ta’ Joseph M. Mangion, 1984, 94-98.

Peter-Serracino-Inglott: Ilħna Mkissra, Pubblikazzjoni Bugelli, 1989, 11-27.

Tarcisio Zarb: Il-Poeżija Moderna (Studji dwar “Ilħna Mkissra”), Grima Publications, b/d, paġni varji.

Paul Buhagiar: “Kwadru mis-Seklu Għoxrin”, Il-Kritika Letterarja, Minima Publications, 2000, 44-48.

Bernard Micallef: “La Poésie Maltaise posteriéure à l-Indépendence. Une vue d’ensemble”, Le Jardin d’Essai no. 21-22, ed. Patrice Sanguy, 2001, 25-38.

Oliver Friggieri: L-Istorja tal-Poeżija Maltija, Kullana Kulturali n.29, Pubblikazzjoni PIN, 2001, 95-96.

Charles Briffa: Rhythmic Patterns in Maltese Literature, Midsea Books Ltd, 2001, 59-62.

Patrick Sammut: “Victor Fenech”, Tieqa fuq il-Kittieba Maltin, De La Salle Brothers Publication, 2003, 49-52.

Charles Briffa (ed): Jiflu Żmienhom (Ġabra ta’ kitbiet tal-PoeżijaPlus), klabb kotba maltin, 2003, paġni varji.
<< Lura