JIENA KAMRA KERHA
(Kotba Sagħtar, 2001, 24pp., illustratur: Marisa Attard)
 |
U l-kamra bdiet tgħid ġrajjitha: “Jien kamra qadima u kerha ġewwa bini ferm qadim…” Imma kamra wkoll għandha l-memorji tagħha – minkejja li waslilha ż-żmien biex titwaqqa’ u tagħmel wisgħa għal żvilupp ġdid.
Tiftakar fl-uċuħ tar-raba’, fil-bdiewa beżlin, fil-ġiri ferrieħi ta’ uliedhom – imma tiftakar ukoll fl-iżvilupp li kien ifisser il-mewt tal-wied u tal-ħajja li kien iħaddan. Dan il-ktejjeb hu tislima lill-art u l-era kwieta u ordnata li issa għebet għal kollox.
* Din il-pubblikazzjoni kienet nibbtet proġett favur l-ambjent li ħadu sehem fih l-MUT, Din l-Art Ħelwa u l-HSBC, b’petizzjoni li tressqet mit-tfal tal-iskola quddiem il-President tar-Repubblika fil-Palazz, il-Belt. Il-ktejjeb kien akkumpanjat minn mappa u gwida tal-wirt nazzjonali tal-gżejjer Maltin (Kenneth Zammit Tabona u Simone Mizzi rispettivament), waqt li l-istampi rebbħu lil Marisa Attard il-premju tal-Aqwa Illustratur tas-sena. Il-ktejjeb kien ġie ristampat ftit xhur wara li ħareġ, b’edizzjoni totali ta’ 5,000 kopja.
|
| Ktejjeb il-ġmiel tiegħu li jressaq għall-attenzjoni tat-tfal l-għajbien tal-art Maltija kif konna nafuha… flimkien, il-kitba u t-tpinġijiet jagħtuna ktejjeb li tgħożżu u tifraħ bih kull meta taqrah. |
Charles Flores “Tislima Mqanqla”, l-orizzont, 24.11.2001
|
| Aimed at making young readers aware of the natural, historical and cultural environments around us… written in a poetic style, with enough rhyming to give the whole a sweet lilting musicality. |
Louis J. Scerri “This ramshackle room of ours”, The Sunday Times, 27.1.2002
|
| Ktieb għaż-żgħar (u l-kbar) b’messaġġ ambjentali. |
| Il-mument (fokus), 26.5.2002 |
|
| << Lura |