kotba - tfal ta' età ikbar

jiena kewkba ċkejkna

(Kotba Sagħtar, 2002, 24pp., illustrazzjonijiet varji.)

Dizzjunarju taż-Żgħar
F’din l-istorja tal-Milied, il-kewkba li qed tgħid ġrajjietha hi waħda miż-żgħarnett fost il-miljuni li naraw iteptpu fis-smewwiet…imma l-ġrajja tagħha hi unika u dejjem ġdida. Hija ġrajja li seħħet f’lejl umli, ħelu, fqajjar; lejl waħdieni tul iż-żmien dejjem għaddej. Għax kien fih li seħħet il-wegħda antika – dik li darba għad jitwieled il-Feddej!

Il-ktieb hu illustrat b’mod oriġinali, għax jinkludi pitturi magħrufin, kartolini tal-Milied, ritratti spazjali, u żewġ tpinġijiet ta’ Davida Flores. Il-qoxra tirriproduċi t-tpinġija It-Twelid ta’ Emvin Cremona li tinsab fil-Knisja ta’ San Girgor, Tas-Sliema.
Must be one of the finest books for children produced during 2002 and will definitely remain a classic by our standards.
Louis J. Scerri
"Twinkle, twinkle, little star",
The Sunday Times, 19.1.2003
<< Lura