kotba - kotba għaż-żagħżagħ

msiebaħ il-lejl

(Klabb Kotba Maltin, 2008, 64pp., illustratur: Robert Caruana)

Dizzjunarju taż-Żgħar
Liż-żgħażagħ tal-lum missier Ian kien laqqamhom “Imsiebaħ il-Lejl” għax, bħal dawk il-kreaturi ċkejknin li jixegħlu bil-lejl, il-ġenerazzjoni Paceville toħroġ meta jkun dalam sewwa. U bosta drabi anki ssebbaħ fil-ħwienet imlewna li jiffullaw dan il-post fil-bajja ta’ San Ġorġ.

Imma mhux iż-żgħażagħ kollha jagħmlu x-xorb, is-sess u d-droga, it-trianglu ta’ ħajjithom. Hemm żgħażagħ li jgawdu l-ħajja b’mod nadif. Hemm oħrajn li, bla ħadd jinduna, ikunu qed jaħdmu għall-ġid tas-soċjetà.

Din l-istorja topika tiżviluppa f’perjodu bejn l-aħħar sena tal-iskola sekondarja u l-bidu tal-karriera ta’ tfajla żagħżugħa. Iż-żewġ perjodi jintrabtu b’fil komuni u juru r-rabta li teżisti bejn il-ħajja u l-valuri, jew in-nuqqas tagħhom.
Revolves around the entertainment mecca of these contemporary teens, the glow-worms of the title…Fenech employs a brisk writing style that makes the point and then moves on, avoiding the melodramatic stuff that frequently mars the contemporary story.
Tony Cassar Darien
“The real teen scene”,
Sunday Times, 10.5.2009
Fenech […] joħloq storja li tidħol kexxun fil-psikoloġija tal-Ġenerazzjoni Paceville, b’karattri u sitwazzjonijiet tipiċi.
Sergio Grech
“VF l-Arkitett tal-Kelma”,
Il-mument, 26.7.2009
Kitbiet kritiċi:

T.Żahra, C.Briffa, Ġ.Mallia: Il-Kotba għat-Tfal, PIN – Kullana Kulturali n.34, 2002.

Charles Briffa: “Rumanzi għat-Tfal”, Ir-Rumanz Malti fit-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin, PIN Kullana Kulturali n.60, 2004, 19-21.
[ara wkoll Il-Letteratura Maltija – l-Istorja
tan-Narrattiva
, Malta University Publishing, 2008, 585-587].

Charles Briffa: “Old Folktales of the Maltese islands”, World Literature Today (Jan-Frar), University of Oklahoma, 2008, 77-78.
<< Lura