kotba - kotba għaż-żagħżagħ

in-nagħġa s-sewda

(Merlin Library, 2002, 24pp., illustratur: Frank Schembri)

Dizzjunarju taż-Żgħar
Minn Marsaxlokk għall-Amażonja hemm baħar jaqsam. Imma wara d-delitt faħxi li wettaq, din kienet it-triq li qabad Guglielmo. X’wasslu biex jifred u jmewwet l-istess familja tiegħu? U x’mar jagħmel fil-foresti tax-xita tal-Amażonja? Irnexxielu jsib it-tisfija li fittex?

Din hi storja qawwija dwar tifel maħkum b’għira li twasslu għal delitt ikrah. Hija storja aktarx makabra, u tibni lejn tmiem drammatiku f’art imbiegħda u primittiva.
Il-psikoloġija tidħol [f’din il-] grajja ta’ tifel meqjus li mhu tajjeb għal xejn u li jitlef il-fiduċja fih innifsu sa ma jikkommetti delitt. Hemm xebħ qawwi mal-ġrajja ta’ Abel u Kajjin…minkejja li jittratta l-vjolenza psikoloġika u fiżika xorta jwassal is-sogħba b’mod pożittiv.
Charles Briffa
“VF: kittieb għat-tfal”,
Il-mument, 13.4.2002
The story has at its centre a jealousy-driven boy who commits a crime and seeks purification … beware, this is a macabre tale for strong stomachs.
Norbert Ellul-Vincenti
“Literature of a new breed for children”,
The Times (Weekender), 18.1.2003
Erba’ kotba ġodda fil-qasam tal-letteratura pre-adulta…ideali bħala kotba tal-qari supplimentari fl-iskejjel. Minħabba li jittrattaw temi soċjali…huma wkoll mezz kif l-istudenti jiddaħħlu f’diskussjoni u hekk jistimulaw il-ħsieb kreattiv.
“Sensiela ġdida ta’ letteratura għaż-żgħażagħ”,
It-Torċa (Għalik), 3.11.2004
<< Lura